FAQ

X'inhi agorateka u għal xiex inħolqot?

agorateka hija gateway onlajn li tgħin lill-persuni jsibu kontenut diġitali legali. Hija tipprovdi aċċess immedjat u faċli għal portals nazzjonali li jillinkjaw ma' siti web li joffru dan il-kontenut fil-pajjiżi Ewropej parteċipanti filwaqt li tirrispetta d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-awturi u tal-ħallieqa.

agorateka tipprovdi għażla legali alternattiva għal kontenut mhux liċenzjat u illegali li, jekk jiġi aċċessat, jista' jkun ta' detriment għalik jew għal ħaddieħor. Il-gateway tagħtik opportunità biex tilħaq dawn l-għażliet alternattivi.

X'nista nsib f'agorateka?

agorateka tipprovdi links għal siti web b'kontenut diġitali f'ħames oqsma differenti (mużika, films u televiżjoni, kotba elettroniċi, logħob elettroniku u avvenimenti sportivi) f'kull pajjiż parteċipant.

Tista' tinstab ukoll informazzjoni utli dwar il-kontenut diġitali onlajn bħat-tip ta' format jew jekk huwiex mingħajr ħlas jew jekk huwiex meħtieġ li jsir xi pagament. Barra minn hekk, il-gateway tinkludi informazzjoni addizzjonali, bħal statistika li hija utli kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji.

Jekk qasam ta' kontenut (pereżempju, film) mhuwiex disponibbli għal pajjiż parteċipant f'agorateka, dan ifisser jew li s'issa ma hemm l-ebda portal nazzjonali għal dan it-tip ta' kontenut jew li l-pajjiż għadu ma identifikax portal nazzjonali. F'tali każ, tiftix għal siti web ta' Offerti Legali għandu jsir direttament fil-pajjiż rispettiv.

Inizjalment, erba' pajjiżi pilota, li huma Franza, ir-Renju Unit, il-Portugall u l-Latvja, sejrin jiġu konnessi ma' agorateka. Mil-2017 'il quddiem, pajjiżi oħrajn Ewropej sejrin jinagħqdu wkoll.

Kif taħdem agorateka?

agorateka toffri diversi possibbiltajiet ta' tiftix għal siti web b'kontenut diġitali. It-tiftix jista' jintgħażel skont it-tip tal-kontenut (pereżempju, mużika) jew skont il-pajjiż. Jekk inti tagħżel li tfittex skont it-tip tal-kontenut, agorateka turik il-links kollha għall-portals nazzjonali li jkun fihom it-tip ta' kontenut magħżul (pereżempju, il-portals nazzjonali kollha tal-pajjiżi parteċipanti li jkopru t-tip tal-kontenut mużika). Jekk inti tagħżel li tfittex skont il-pajjiż, agorateka turik il-links għall-portals nazzjonali kollha tal-pajjiż magħżul.

Bħala konsumatur jew bħala fornitur tal-kontenut diġitali għaliex għandi nuża agorateka?

Billi jużaw agorateka, il-konsumaturi jkollhom aċċess immedjat għal siti web b'offerti onlajn. Din il-gateway tindirizza t-tħassib li l-konsumaturi spiss ikollhom dwar il-kwalità, is-sikurezza (pereżempju, malwer) u s-sigurtà meta jaċċessaw kontenut fuq l-internet.

Fir-rigward tal-fornituri tal-kontenut diġitali, il-portals nazzjonali miġbura f'agorateka huma pjattaforma li fuqha jiġi jidher il-portafoll tal-kontenut diġitali u jkun aċċessibbli għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi.

agorateka tipprovdi ħarsa ġenerali tal-varjetà u x-xejriet f'Siti ta' Offerti Legali għal kontenut diġitali fil-livell Ewropew u skont il-pajjiż. Dan jippermetti liċ-ċittadini u lin-negozji biex iwettqu analiżi aktar profonda tal-pajsaġġ ta' offerti legali.

X'inhi r-relazzjoni bejn agorateka u l-portals nazzjonali li tillinkja magħhom?

agorateka hija ġabra ta' portals nazzjonali ta' pajjiżi Ewropej parteċipanti, b'mod partikolari l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha l-għan li tiġbor il-portals nazzjonali minn kemm jista' jkun pajjiżi Ewropej sabiex tagħti l-akbar possibbiltà ta' aċċess għall-kontenut diġitali legali.

Il-portals nazzjonali f'agorateka jitfgħu l-informazzjoni f'dan il-portal u ġejjin minn sorsi differenti. Xi wħud inħolqu minn korpi pubbliċi tal-pajjiż parteċipant, oħrajn jeżistu minħabba kollaborazzjonijiet bejn l-entitajiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet tas-settur privat, filwaqt li oħrajn ġejjin mis-settur privat u ġew inklużi, mill-pajjiż parteċipant, biex ikunu preżenti fil-portal. Fil-portals nazzjonali pprovduti, l-utenti jistgħu jsibu siti web li joffru kontenut diġitali b'mod legali.

Qiegħed isir kull sforz biex kemm jista' jkun jiġu inklużi portals nazzjonali kif ukoll, mill-pajjiżi parteċipanti, biex jiġbru kemm jista' jkun siti web ta' Offerti Legali fil-portal(s) nazzjonali tagħhom. Fil-każ li jkun hemm portals nazzjonali mhux illinkjati ma' agorateka jew siti web ta' Offerti Legali mhux imsemmija fil-portal nazzjonali, jekk jogħġbok ikkuntattja l-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-pajjiż parteċipant rispettiv. L-informazzjoni ta' kuntatt tista’ tinstab fis-Sezzjoni tal-Kuntatti.

Il-fatt li sit web li jipprovdi aċċess għall-kontenut diġitali mhuwiex imniżżel f'portal nazzjonali, ma jfissirx neċessarjament li dan is-sit huwa illegali. Tali sit web jista' jkun għadu mhux magħruf għall-portal nazzjonali, jista' ma jkunx irid jitniżżel jew jista' jkun applika biex jitniżżel mal-proċeduri ta' validazzjoni li għadhom għaddejjin.

Lil min għandi nikkuntattja jekk niltaqa' ma' problema?

Għal kwalunkwe kwistjoni teknika, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-EUIPO jew lill-portal nazzjonali fil-pajjiż tiegħek. Issib id-dettalji ta' kuntatt fis-Sezzjoni tagħna Kuntatti.

Għal mistoqsijiet dwar il-kontenut fil-portals nazzjonali, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-portal nazzjonali fil-pajjiż tiegħek. Għandek issib id-dettalji ta' kuntatt fis-Sezzjoni tagħna Kuntatti.

Nista' naċċessa agorateka fuq kull tip ta' apparat?

Iva, il-portal jista’ jkun aċċessat permezz tat-tipi ta’ apparati kollha. Madankollu, nirrakkomandaw li taċċessa agorateka permezz tal-PC tiegħek biex tikseb l-aqwa prestazzjoni tiegħu.

It-tim ta’ agorateka qiegħed dejjem jaħdem biex itejjeb l-użu tiegħu u biex jiżgura l-aqwa esperjenza tal-utent inkluż apparati portabbli.

Fil-portals nazzjonali milħuqa, nista' nsib kontenut diġitali mingħajr ħlas jew inkella kontenut bil-ħlas biss?

Il-portals nazzjonali jiġbru varjetà ta' Siti ta' Offerti Legali. Dan probabbilment jinkludi ż-żewġ tipi ta' servizzi, servizzi li jeħtieġu ħlas u servizzi li ma għandekx għalfejn tħallas għalihom peress li huma mingħajr ħlas u/jew sostnuti mir-riklami, jiġifieri jipprovdu programmar mingħajr ħlas lil udjenza flimkien ma' messaġġi tar-reklamar.

X’inhu l-EUIPO?

L-EUIPO hija l-ikbar aġenzija deċentralizzata tal-UE. Hija tiġġestixxi r-reġistrazzjoni tat-trademarks tal-Unjoni Ewropa (EUTM) u d-disinn Komunitarju rreġistrat (RCD), u t-tnejn li huma jipprovdu protezzjoni għall-proprjetà intellettwali fit-28 Stat Membru tal-UE.

L-Osservatorju Ewropew dwar Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, li jifforma parti mill-EUIPO, ġie stabbilit fl-2009 biex jappoġġja l-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jgħin fil-ġlieda kontra t-theddida dejjem tikber tal-ksur tal-PI fl-Ewropa .

X’inhuma Ideas Powered?

Ideas Powered hija inizjattiva onlajn tal-EUIPO biex tqajjem għarfien dwar il-valur tal-proprjetà intellettwali u l-importanza li din tiġi rrispettata. Hija ddiżinjata biex teduka liż-żgħażagħ Ewropej dwar il-Proprjetà Intellettwali (PI) u tispirahom biex jaħsbu dwar kif il-PI taħdem fil-prattika, billi tenfasizza r-rilevanza tad-drittijiet tal-PI differenti, il-valur ekonomiku u soċjali tagħhom għaż-żgħażagħ u l-ħajja tagħhom ta' kuljum u l-impatt tal-ksur tal-PI. L-inizjattiva Ideas Powered, li tkopri l-kontijiet tal-midja soċjali u sit web, tħeġġeġ ukoll liż-żgħażagħ biex jikkontribwixxu, jaqsmu l-ideat u jikkummentaw dwar dawn il-kwistjonijiet.