Tiftix għall-films, programmi tat-TV, mużika, kotba elettroniċi, logħob u avvenimenti sportivi onlajn - b'mod legali, immedjat u faċli. Fittex bil-lingwa tiegħek stess. It-tiftix għall-kontenut legali onlajn jista' jkun diffiċli. Bosta siti li għandhom kontenut illegali jidhru simili ħafna għal siti legali, għalhekk jista' jkun li inti ma tkunx taf tagħraf id-differenza bejn x'inhu legali u x'mhuwiex. agorateka hija gateway Pan-Ewropea tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), maħluqa mill-Osservatorju Ewropew dwar Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, f'konformità mal-inizjattiva ta' sensibilizzazzjoni Ideas Powered. Din tippermettilek tfittex fil-portals fuq livell nazzjonali li jillinkjaw ma' siti tal-mużika, films u televiżjoni, kotba elettroniċi, logħob elettroniku u avvenimenti sportivi. Din tipprovdi aċċess immedjat u faċli għal offerti legali onlajn. Ir-riċerka u l-istudji tagħna wrew li ħafna ċittadini tal-UE ma jafux minn fejn jistgħu jsibu sorsi ta' kontenut diġitali legali. Pereżempju, nofshom biss jgħidu li jafu fejn għandhom imorru biex iniżżlu serje tat-TV b'mod legali. Għalhekk, aħna ħloqna agorateka biex nipprovdu punt ta' aċċess uniku għall-portals nazzjonali u biex nippermettu liċ-ċittadini tal-UE jsibu sorsi ta' kontenut legali b'mod faċli u immedjat. agorateka tipprovdi wkoll ħarsa ġenerali tal-pajsaġġ onlajn tas-siti web fil-pajjiżi differenti li joffru kontenut kreattiv. Hija tinkludi informazzjoni utli, inkluż statistika għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji. Aħna qegħdin inżidu kontinwament aktar siti minn aktar pajjiżi u qegħdin naħdmu biex intejbuha.

Merħba! Idħol, ħares madwarek u skopri!