-A +A

Ċaħda

Avviż ta' Informazzjoni

agorateka tinkludi links għall-portals nazzjonali ta' kull pajjiż li qiegħed jipparteċipa fil-proġett. 

L-EUIPO u l-Osservatorju tiegħu qegħdin jagħmlu kull sforz biex iżommu agorateka aġġornata u topera mingħajr xkiel. 

Madankollu, huma ma għandhom l-ebda responsabbiltà u ma jistgħux jinżammu responsabbli għal-links f'agorateka li ma jkunux disponibbli temporanjament minħabba kwistjonijiet tekniċi jew minħabba kwalunkwe inkompletezza eventwali jew ineżattezza tal-informazzjoni pprovduta.

L-informazzjoni fil-portals nazzjonali tingħata mill-pajjiżi parteċipanti. L-EUIPO u l-Osservatorju tiegħu ma jagħmlu l-ebda rappreżentazzjoni jew garanzija ta' kwalunkwe tip, espressa jew impliċita, dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni, l-affidabbiltà, l-adegwatezza jew id-disponibbiltà fir-rigward tal-portals nazzjonali, is-siti web ta' Offerti Legali miġbura f'dawk il-portals jew l-informazzjoni, il-prodotti jew is-servizzi fis-siti web ta' Offerti Legali. Il-links għall-portals nazzjonali f'agorateka ma jimplikawx rakkomandazzjoni jew approvazzjoni tal-portals nazzjonali nfushom jew tas-siti web ta' Offerti Legali li jinsabu fihom. Fl-ebda każ l-EUIPO jew l-Osservatorju tiegħu ma għandhom ikunu responsabbli jew jinżammu responsabbli, direttament jew indirettament, għal kwalunkwe ħsara jew telf ikkawżat jew allegatament ikkawżat minn jew b'rabta mal-użu ta' jew id-dipendenza fuq kwalunkwe kontenut, oġġett jew servizz bħal dawn disponibbli fuq jew permezz ta' kwalunkwe sit jew riżors bħal dan.

Ċaħda ta' Responsabbiltà

Billi tuża kwalunkwe informazzjoni li hemm f'dan is-sit web, int tkun qed taqbel ma' dan li ġej:

L-EBDA GARANZIJA: L-informazzjoni kollha pprovduta fuq dan is-sit web hija pprovduta "kif inhi" u bl-EBDA GARANZIJA. Ma ssir l-ebda garanzija espressa jew impliċita ta' kwalunkwe tip, inkluż pereżempju garanziji impliċiti jew ta' kwalità kummerċjali jew tajbin għal skop partikolari, fir-rigward tal-informazzjoni, jew ta' kwalunkwe użu tal-informazzjoni, fuq dan is-sit. L-EUIPO u l-Osservatorju ma jagħmlu l-ebda rappreżentazzjoni u ma jagħtu l-ebda garanzija ta' kwalunkwe tip fir-rigward tal-preċiżjoni, il-kompletezza jew id-disponibbiltà ta' kwalunkwe informazzjoni jew kontenut fuq dan is-sit web.

ĊAĦDA TA' RESPONSABBILTÀ: L-EUIPO u l-Osservatorju speċifikament JIĊĦDU R-RESPONSABBILTÀ GĦAL ĦSARAT INĊIDENTALI JEW KONSEGWENZJALI u ma jassumu l-ebda responsabbiltà jew obbligu għal kwalunkwe telf jew ħsara li persuna ġġarrab bħala riżultat tal-użu jew tal-użu ħażin ta' kwalunkwe informazzjoni jew kontenut fuq dan is-sit web. L-EUIPO u l-Osservatorju ma jassumu jew ma jieħdu L-EBDA RESPONSABBILTÀ għal kwalunkwe telf jew ħsara li tiġġarrab bħala riżultat tal-użu, l-użu ħażin, in-nuqqas ta' disponibbiltà jew id-dipendenza fuq l-informazzjoni u l-kontenut fuq dan is-sit web. 

UŻA BIL-POSSIBBILTÀ TA' PERIKLU: Dan is-sit web huwa għal skopijiet ta' informazzjoni biss u kwalunkwe użu, adattament jew użu ħażin minnek ta' kwalunkwe informazzjoni jew kontenut fuq dan is-sit web sejjer ikun responsabbiltà tiegħek stess. Int tifhem li l-informazzjoni pprovduta f'dan il-portal tista' ma tkunx kompluta u/jew preċiża u taqbel li l-EUIPO u l-Osservatorju tiegħu għandhom jinżammu kompletament ħielsa minn kull responsabbiltà, inkluż ir-responsabbiltà finanzjarja jew kwalunkwe ħsara oħra li int iġġarrab jew li ġġarrab kwalunkwe parti terza bħala riżultat tal-użu jew l-użu ħażin tiegħek tal-informazzjoni pprovduta f'dan is-sit web jew għan-nuqqas temporanju ta' disponibbiltà tagħha. Int titlef ukoll kull dritt li tiftaħ kwalunkwe proċedura legali kontra l-EUIPO u l-Osservatorju għal kwalunkwe raġuni relatata mal-użu tal-informazzjoni pprovduta f'dan il-portal